Wara t-tmiem tar-raba' Staġun ta' Love Island Malta , jidher li twieldet storja ta’ mħabba oħra li ħadd ma kien qed jistenna.
L-eks parteċipanti Walid u Vivien dehru flimkien waqt il-finali tal-programm u qasmu ritratt fuq il-midja soċjali, li għal ħafna kien konferma li r-relazzjoni tagħhom issa saret waħda uffiċjali.
Walid tella’ ritratt ma’ Vivien għal din l-okkażjoni filwaqt li kiteb: “Rocking the Love Island Malta finals!” B’hekk kompla jqanqal l-ispekulazzjonijiet tal-partitarji.
Interessanti li t-tnejn qatt ma kienu fil-villa fl-istess ħin. Walid kien diġà ġie eliminat qabel ma Vivien daħlet bħala bombshell aktar tard fil-kompetizzjoni, li jfisser li l-konnessjoni tagħhom bdiet wara li ntemmet l-esperjenza tagħhom fil-programm.
S’issa, l-ebda wieħed minnhom ma ta aktar dettalji dwar ir-relazzjoni tagħhom, iżda s-segwaċi diġà qed jawgurawlhom kull ġid f’dan il-kapitlu ġdid ta’ ħajjithom.
Fb/ Walid Borg