Nistqarru li kemxejn xokkanti! Meta Pierre għamel kuntatt magħna dwar din l-istorja konna sorpriżi. Immaġina tkun qed tesplora dar antika u f’ħin minnhom tiltaqa’ ma’ xi għadam. Mhux xena li tiġri ta’ spiss.

Ritratt: Pierre Farrugia
Pierre ġralu proprju dan u jidher li wara din l-iskoperta hu għamel kuntatt mal-Pulizija sabiex dawn ikunu jistgħu jinvestigaw f’aktar dettall. Pierre jgħidilna li din l-iskoperta saret ġo villa abbandunata li tmur lura għas-seklu 18, jiġifieri taf qed nitkellmu fuq xi ħaġa li ġrat aktar minn 300 sena ilu.
Pierre jaqsam magħna din l-esperjenza, “sibt dak li hu maħsub li huwa għadam uman. Jien għamilt rapport lill-pulizija. Skoprejt ukoll li viċin kien hemm ċimiterju qadim ukoll, jista’ jkun li l-għadam ġej minn hemm.”
Pierre għandu channel fuq YouTube fejn itella’ l-iskoperti tiegħu, fil-jiem li ġejjin għandna nistennew l-avventura ġewwa din il-villa. Dawk kollha li jixtiequ jissieħbu u jsegwu l-avventuri li għamel s’issa jistgħu jidħlu HAWN.