Wara għaxar snin ta’ stennija, VOICES ħabbru uffiċjalment ir-ritorn, b’edizzjoni ġdida mistennija fl-2027. L-aħbar ingħatat permezz tal-midja soċjali, fejn it-tim wara VOICES żvela li kapitlu ġdid jinsab fi triqtu, b’kumitat ġdid u ideat friski, iżda bl-istess qalb u skop li dejjem kienu sinonimi ma’ din l-inizjattiva.
“L-istess qalb. L-istess skop. Kumitat ġdid, ideat friski u kapitlu kompletament ġdid quddiemna,” kitbu fil-messaġġ tagħhom. VOICES ilu nieqes għal għaxar snin u għalhekk ir-ritorn tiegħu żgur li se jqajjem nostalġija fost dawk li tul is-snin kienu jsegwu u jappoġġjaw din l-inizjattiva.
“Ilna nistennew ħafna biex inkunu nistgħu ngħidu dan… Erġajna lura. VOICES 2027,” temm jgħid il-messaġġ. Aktar dettalji dwar dak li hemm ippjanat għall-edizzjoni tal-2027 mistennija jitħabbru fix-xhur li ġejjin
Instagram / Voices