“Wara Għaxar Snin Nippreżenta L-Programm Gadgets Ser Ikolli Nħallikom” – Rachel Cachia

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Rachel Cachia li bosta jafuha permezz tal-programm ‘Gadgets’ żvelat aħbar xejn sabiħa li persważ li bosta mis-segwaċi tagħha u ta’ dan il-programm tant popolari mhux ser ikunu kuntenti biha.

Hija bdiet billi qalet, “illum tibda l-iskeda l-ġdida tat-televixin, li tipikament ikun żmien eċitanti mmens għalija. Madankollu, wara għaxar snin nippreżenta l-programm Gadgets ser ikolli nħallikom. Sfortunatament il-PBS iddeċidew li dan il-programm ma baqalux post fl-iskeda tat-TVM. Iddeċidew li joħolqu programm ġdid tat-teknoloġija fejn lilna ħallewna l-barra mill-ekwazzjoni. Għadna s’issa mingħajr tweġiba għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni.”

Kompliet billi qalet, “ix-xogħol fuq il-programm Gadgets għallimni ħafna u fetaħli l-bibien għall-opportunitajiet ġodda u dejjem ser inħares lejn din l-esperjenza b’apprezzament kbir. Kif jgħidu, kollox għandu t-tmiem. Hekk hi l-ħajja, il-bidla hija inevitabbli. Matul l-aħħar 18-il xahar tgħallimt bosta affarijiet rigward il-bidla u nemmen ukoll li meta jingħalaq bieb jinfetħu oħrajn.”





Facebook/Rachel Cachia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI