“Wara Ħafna Ħsieb, Iddeċidejna Li Nitilqu, U Għall-Grazzja T’Alla, Wasalna Texas Qawwijin u Sħaħ.” – Kate: Writing My Story

Omm Kate kitbet messaġġ fuq il-paġna Kate: Writing My Story, fejn spjegat id-deċiżjoni diffiċli li kellhom jieħdu għall-ġid ta’ binthom.

Hi qalet li f’dan iż-żmien ta’ inċertezza kellhom jagħmlu għażla importanti. Fil-kliem tagħha stess: “Kellna nieħdu deċiżjoni diffiċli ħafna. F’dawn iż-żminijiet inċerti madwar id-dinja, kellna nagħżlu bejn nibqgħu d-dar jew inkomplu bil-kura medika essenzjali… iżda s-saħħa ma tistax tistenna, u kull mument jgħodd.”

Wara ħafna ħsieb, il-ġenituri ta’ Kate ddeċidew li jivvjaġġaw biex Kate tkun tista’ tkompli tirċievi kura importanti.

Huma vvjaġġaw lejn Texas, u l-omm tagħha qalet: “Wara ħafna ħsieb, iddeċidejna li nivvjaġġaw bl-ajru u, għall-grazzja t’Alla, wasalna Texas qawwijin u sħaħ.”

Hemm Kate tista’ tiltaqa’ ma’ tobba, xjenzati u riċerkaturi li jispeċjalizzaw fit-TBRS (Tatton-Brown-Rahman Syndrome). Hija spjegat li din l-opportunità sseħħ biss darba kull sentejn u għalhekk ma setgħux jitilfuha.

Matul iż-żjara tagħhom hemmhekk, Kate se tkompli wkoll bit-terapija biex issaħħaħ il-muskoli tagħha u tgħin fl-irkupru tagħha.

“Jekk jogħġobkom żommuna fit-talb tagħkom hekk kif nieħdu dawn il-passi importanti għas-saħħa u l-futur tagħha. L-appoġġ, l-imħabba u t-talb tagħkom ifissru aktar għalina milli nistgħu nesprimu bil-kliem.”

Kuraġġ Kate u l-ġenituri tiegħek!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI