Omm Maltija weriet il-gratitudni tagħha lejn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li wara inċident tat-traffiku li seħħ f’Marsaxlokk, ħadu ħsieb li jikkalmaw lit-tfal billi fost oħrajn urewhom u ħallewhom jitilgħu fil-fire engine.
“It-tfal spiċċaw qagħdu jsemmu kemm ħadu gost b’din l-esperjenza minflok l-inċident ikrah li kellhom,” saħqet l-omm li apprezzat ħafna dan il-ġest.
Prosit lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili!
Ritratti: Facebook / Estelle Gatt Imbroll