Brian Vella, Dj magħruf bħala Junior B jitkellem dwar ir-ritorn tiegħu fix-xena tal-mużika fuq il-podcast Cavemen Malta.
“Dak iż-żmien kien naqra żmien iebes ħafna. Wara li kien miet ħija kont tlift il-motivazzjoni u interess kollu fil-mużika. Pero kien hemm ħafna promoters li xtaquni nerġa’ nirritorna. Jien bqajt ngħid le għal tliet snin sħaħ. Il-mara dak iż-żmien kienet tgħidli isma minni kieku hawn Desmond żgur iridek terġa’ ddoqq.”
Brian ikompli, “Niftakar kienet saret petizzjoni fuq Facebook. U ngħidlek il-verità wara tliet snin ma stennejtx li ħa jkun hemm daqshekk feedback dak iż-żmien għax għedt isma għadda tliet snin għadda ż-żmien, hawn artisti ġodda, ġenerazzjoni qed tinbidel ukoll allura kelli mindset ieħor. Kont sirt missieri, kelli tarbija dak iż-żmien. Però meta rajt imbagħad feedback qawwi fuq il-Facebook f’din il-petizzjoni li kienet saret għedt isma wasal iż-żmien.”
Ritratti: Facebook / Cavemen Malta