Raisa Falzon tirrakkonta kif meta kellha madwar 15-il sena ddaħħlet b’urġenza l-isptar wara li qabditha wġigħ ta’ ras kbira. Ftit wara tatha puplesija li wasslitha sabiex saħansitra kellha tagħmel disa’ xhur f’koma.
“Kelli trawma u rabja miegħi nnifsi,” stqarret Raisa li tispjega kif ma setgħetx tifhem għalfejn kienet proprju hi li sabet ruħha f’dik il-qagħda prekarja.
“Ma stajtx naċċetta s-sitwazzjoni u allura żgur li kieku l-ewtanażja kienet legali f’dak il-perjodu, kont nagħżel li ntemm ħajti,” kompliet Raisa b’dieqa li ssemmi wkoll kif illum il-ġurnata tħares lura u jiddispjaċiha li kellha dik l-intenzjoni.
“Irrealiżżajt li kien l-akbar żball li qatt stajt nagħmel b’idi,” saħqet hi fejn tistqarr li llum il-ġurnata tħobb il-ħajja u bil-għajnuna wkoll ta’ missierha li tiddeskrivih bħala “qaddis” qed jirnexxielha tgawdi ħajjitha.
Raisa saħqet dan hekk kif bħalissa għaddej dibattitu dwar jekk l-ewtanażja għandhiex tkun legali jew le.
Kuraġġ, Raisa!
Ritratti: Facebook / Life Network Foundation Malta