Ir-riflessjoni maqsuma minn Clifford Galea tolqot punt li ħafna drabi nippruvaw ninjoraw fil-ħajja ta’ kuljum: l-għeja emozzjonali u mentali li tinġabar fina bla ma nindunaw.
“Intom tgħajjew?” jistaqsi, mistoqsija sempliċi li tqanqalna nħarsu ftit ġewwa fina nfusna.
“Intom tgħajjew? Kultant inħossni qlajt xebgħa u ngħid għandi bżonn ‘time out’. Normali le?… Ikollok bżonn imqar ftit ħin kwiet u terġa’ tiċċarġja u nemmen li m’għandniex noqogħdu lura milli ngħidu “isma’, mhux il-mument!”
Waqt li jiskuża ruħu jekk forsi f’xi mument ħażin ħataf lil xi ħadd ngħidu aħna, jfakkarna li kull wieħed u waħda minna jista’ jkun għaddej minn xi ħaġa li ma tidhirx minn barra.
Hu jżid, “Ma nistgħux inkunu dejjem supermen.” Forsi l-vera saħħa tinsab propju f’dak il-mument meta naċċettaw li għandna bżonn nieqfu, nieħdu nifs, u nibdew mill-ġdid.
Facebook/ Clifford Galea