Waslu L-Medalji Tal-5K Run B’Risq Id-Dar Tal-Providenza –

5K Midalja

L-organizzaturi tal-5K Run b'risq Id-Dar tal-Providenza ħabbru li waslu l-medalji uffiċjali tal-attività, li se jingħataw lill-parteċipanti kollha hekk kif jaqsmu l-linja finali.

L-attività se ssir nhar it-18 ta' Lulju, u tibda fis-06:30 ta' filgħodu, fTa' Qali, u għandha l-għan li tiġbor fondi b'appoġġ għax-xogħol u s-servizzi li toffri Id-Dar tal-Providenza.

L-organizzaturi qed iħeġġu lill-pubbliku biex jingħaqad ma' din l-inizjattiva, kemm għal min jixtieq jagħmel attività fiżika kif ukoll biex jagħti kontribut għal kawża nobbli. Kull parteċipant li jtemm il-korsa se jirċievi l-medalja kommemorattiva bħala tifkira tal-parteċipazzjoni tiegħu.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem għadhom jistgħu jirreġistraw permezz tas-sit sabihlitaghti.org/5k, u b'hekk jagħtu s-sehem tagħhom biex jappoġġjaw lid-Dar tal-Providenza fil-ħidma tagħha favur persuni b'diżabilità.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI