“X’Għandek Tagħmel Jekk Taħseb Li Qed Tnixxi Wisq Demm Waqt Abort” – Dr Natalie Psaila Stabile

Hekk kif riċentament ingħatat sentenza sospiża lil mara li fittxet għajnuna l-isptar wara li għamlet abort, bosta irrimarkaw li nisa oħra ser jibżgħu ifittxu l-għajnuna f’każijiet simili. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Dr Natalie Psaila Stabile tat sett pariri ta’ x’għandha tagħmel mara jekk taħseb li qed tnixxi wisq demm waqt abort.

Hi qalet, “Ċempel abortion doula support service għall-għajnuna +35620341683. Se ssib jew lili, jew lill-kollega u ommi, prof. Isabel stabile. Jekk hemm bżonn tmur l-isptar, qatt m’għandek tgħid li ħadt xi pilloli tal-abort. Uri dwejjaq, dispjaċir u diżappunt li tlift it-tqala. Skużani li qed nitolbok tigdeb u tirreċta pero’ dan huwa l-uniku mod biex inti u dawk li tħobb tibqgħu siguri.”

Ejjew ma niġġudikawx u minflok ngħinu nisa vulnerabbli li jkollhom jieħdu din id-deċiżjoni.





Facebook/Natalie Psaila Stabile



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI