Normalment naħsbu li biex inferrħu lil ħaddieħor hemm bżonn li nagħmlu affarijiet kbar, pereżempju nixtru xi rigali li jqumu ħafna flus. Però dan mhux minnu għax il-qalb kollox! Xi kultant l-iżgħar affarijiet jistgħu joħolqu ferħ kbir fin-nies ta’ madwarna!
Hemm ħafna affarijiet x’wieħed jista’ jagħmel biex iferraħ lil ħaddieħor. Il-ġara ta’ dan ir-raġel qatgħet sitt qarabagħliet mill-għalqa tagħha u poġġiethom quddiem il-bieb tal-ġar tagħha! Sempliċi hux? Imma kemm hi xi ħaġa sabiħa li wieħed jaħseb f’ta’ madwaru u jaqsam dak li għandu miegħu!
Dan ir-raġel, li għandu kemm mar joqgħod fir-raħal jinsab kuntent bil-ġara tiegħu u fil-komunità li qed jgħix fiha! Li kieku lkoll nagħmlu xi ħaġa żgħira kuljum biex inferrħu lil ta’ madwarna, kemm ngħixu ħajja aktar feliċi!