Bdejna x-xahar ta’ Frar u l-Covid għadha magħna! Dan hu l-11-il xahar li f’pajjiżna għadna nsibu każijiet ġodda. Jidher li llum għandu jkollna inqas każijiet minn dawk li esperjenzajna fl-aħħar jiem.
Gerard Fenech jgħid li għandna nistennew madwar 132 li minnhom jista’ jkun hemm nies li ġa ħarġu pożittivi u għamlu t-test għat-tieni darba. Nittamaw li jkun hemm numru sabiħ ta’ fejqan sabiex il-każijiet attivi jibdew jonqsu sew.
Iz-Zija TT mill-banda l-oħra tgħid li sat-08:00 ta’ dalgħodu kien hemm madwar 130 każ ġdid. Ovvjament hu x’inhu n-numru tajjeb li wieħed jibqa’ jimxi mal-miżuri li ħarġu l-awtoritajiet tas-saħħa.
Frank Portelli qal li sat-08:00 ta’ dalgħodu kien hemm 120 każ pożittiv. Flimkien nistgħu nkomplu nnaqqsu dawn in-numri u noqogħdu attenti kemm jista’ jkun. Mal-inqas suspett wieħed għandu jagħmel it-test sabiex ikun sigur.
Nibqgħu nieħu ħsieb. In-numri uffiċjali joħorġu llum fin-12:30 fuq il-paġna Saħħa.