“X’Inhi R-Raġuni Għalfejn Il-Flight Path Tal-Ajruplani Nbidel U Sar Juża Triq Li Jgħaddi Minn Fuq Il-Komunità Ta’ Ħaż-Żebbuġ?" – Dr. Godfrey Farrugia

Dawk li joqogħdu Ħaż-Żebbuġ u fil-madwar taf innutaw li kien hemm bidla fir-rotta tal-inżul tal-ajurplani li qed jgħaddi minn fuqhom. Dr. Godfrey Farrugia jqajjem punt dwar dan.

Dr. Farrugia jibda billi jsaqsi, “X’inhi r-raġuni għalfejn il-flight path tal-ajruplani nbidel u sar juża triq li jgħaddi minn fuq il-komunità ta’ Ħaż-Żebbuġ u mhux dik minn fuq il-baħar bi nżul u tlugħ minn fuq żona industrijali B’buġia?”





Hu jżid, “It-tniġġis tal-arja bl-exhaust (apparti l-istorbju) hu valenu li aħna lkoll qed nibilgħu man-nifs tagħna. Din hi raġuni ewlenija għalfejn ħafna minnha nbatu b’mard respiratotju minn sempliċi mnieħer miżdud sa ażma, fost konsegwenzi oħra. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ħa azzjoni dwar hekk? Jekk iva, x’ġara?”

Hu jtemm jistaqsi, “Fil-Port il-Kbir ittieħdet azzjoni kontra tniġġis simili minn vapuri tal-passigieri. X’ser nagħmlu dwar Ħaż-Żebbuġ? Ser inkomplu nieħdu doxxox ta’ tniġġis mill-ajru?”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI