X'Inhuma L-Indikazzjonijiet Għan-Numru Ta' Każijiet Illum?

Ftit tal-ħin ilu, it-tabib Frank Portelli ta’ indikazzjoni li għandna nistennew numru ta’ żewġ ċifri bħala numru ta’ każijiet li nstabu tul dawn l-aħħar 24 siegħa. Għalkemm tajjeb li ngħidu li l-konferma u n-numru uffiċjali joħroġ fin-12:30 fuq il-paġna uffiċjali Saħħa.





L-istess indikazzjoni jinstabu wkoll fuq il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 News Updates. Issa li rajna numru ta’ każijiet pożittivi tul dawn l-aħħar jiem, li n-numru f’pajjiżna ta’ każijiet attivi tela’ għal 185 każ attiv, nittamaw li bil-mod jibdew ifiqu numru ta’ nies u l-każijiet pożittivi jibdew jonqsu mill-ġdid.



Aħna nappellaw mill-ġdid biex dak li jkun jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, jevita postijiet fejn hemm ħafna nies u jagħmel użu mill-maskri jew visors.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI