X'Wissa T-Tabib Frank Portelli Rigward Il-Milied Ta' Din Is-Sena Fis-Sitwazzjoni Li Ninsabu Fiha?

Fuq il-midja soċjali t-tabib Dr. Frank Portelli għal darb’oħra għadda l-pariri tiegħu biex il-pandemija tal-Covid-19 tkun aktar ikkontrollata.

Bħalissa deħlin fi żmien fejn dak li jkun qed jara x’se jippjana u jiltaqa’ ma’ ħbieb u familjari. Bħal avviżi oħra li ġew ppubblikati fuq il-midja, din is-sena mhix sigura li titħallat fiż-żminijiet ta’ festi. Il-Milied mhux se jwaqqaf lill-virus milli jinxtered.





Dr. Frank Portelli jwissi rigward il-festini li ssoltu jsiru tal-Milied. “Ftakru. Il-Virus iħobb iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied ukoll”. Fortunatament kien hemm għadd kbir ta’ nies li kkummentaw u qablu mat-twissija tiegħu.

Fuq Department of Information għadu kemm tħabbar biex rases jiġu evitati b’kull mod. Anke biex tixtri hemm bżonn li ssib metodi aktar remoti, u jekk hemm bżonn tagħmel ix-xirjiet tiegħek komdu mid-dar.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI