“Xahar Mingħajrek … Inti Kont U Tibqa’ Għal Dejjem It-Tarbija Tiegħi, Qalbi … Inħobbok Għal Dejjem” – Lara Mallia

Illum jaħbat proprju xahar minn meta ħalla din id-dinja ċ-ċkejen Nate. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, ommu Lara Mallia sellmet il-memorja tiegħu.





Bdiet billi qalet, “Xahar mingħajrek! Illum għadda xahar minn meta tliftek, u m’għaddiex mument wieħed li ma ħsibtx fik. Qalbi tqila, idejja jixxennqu biex jerġgħu jħaddnuk, u nħoss in-nuqqas tiegħek aktar milli nista’ ngħid. Qatt ma bsart li jkolli ngħix din il-ħajja mingħajrek, mingħajr it-tbissima tiegħek, id-daħka tiegħek, l-imħabba tiegħek. Kull ħaġa tfakkarni fik. Is-skiet sar tqil wisq, il-jiem itwal, u ħajti m’għadhiex l-istess. Imma fil-qalb tiegħi, inġorr il-memorja tiegħek kuljum.”

Żiedet tgħid, “Inti kont u tibqa’ għal dejjem it-tarbija tiegħi, qalbi. Inħobbok għal dejjem, sal-aħħar nifs tiegħi u lil hinn. Ibqa’ ħares fuqna, anġlu tiegħi Nate. Ibqa’ ħu ħsiebna minn hemm fuq. Għal dejjem fil-qalb tiegħi.”



Facebook/Lara Mallia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI