"Xahar Minn Meta Għidna ‘Sakemm Il-Mewt Tifridna’" – Il-Mara Ta’ Diego Jota, L-Plejer Li Tilef Ħajtu F’Inċident

Illum kien l-ewwel darba li mart il-mibki Diego Jota kitbet fuq il-midja soċjali minn wara li seħħ l-inċident li fih tilfu ħajjithom l-aħwa Jota. Kien bħal-lum xahar li Diego Jota ngħaqad fis-sagrament taż-żwieġ flimkien ma’ martu Rute, omm it-3 uliedu.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Rute qalet, “xahar minn meta għidna ‘sakemm il-mewt tifridna’ … Għal dejjem!”

Diego Jota kien plejer ta’ Liverpool FC li tilef ħajtu b’mod traġiku flimkien ma’ ħuħ. L-aħwa Portugiżi kienu jinsabu ġewwa Spanja, fi triqithom lejn vapur li kien se jwasallhom l-Ingilterra. Dan kien mod ta’ vjaġġar alternattiv fuq parir tat-tabib, hekk kif lil Diego kienu qalulu ma jivjaġġax bl-ajru. Sfortunatament tilef il-kontroll tal-karozza, u mietu t-tnejn fuq il-post.

Jistrieħu fis-sliem.

Insatgram/rutecfcardoso14







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI