X’Aktarx Li Se Jkollna Lil Sir Paul Mccartney, Bruno Mars, Mariah Carey U Benson Boone F’Malta

Bruno Mars

Malta qed tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha bħala destinazzjoni ewlenija għal festivals u kunċerti internazzjonali, hekk kif il-Gvern approva pakkett ta’ finanzjament biex jappoġġja l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kbar li jistgħu jġibu fil-pajjiż artisti ta’ fama mondjali.

Fost l-ismijiet inklużi fil-proġetti approvati hemm Sir Paul McCartney, Bruno Mars, Mariah Carey u Benson Boone. Għalkemm s’issa għadhom ma tħabbrux dati jew postijiet uffiċjali għall-kunċerti, dawn l-artisti jinsabu fost il-proġetti approvati taħt l-iskema ta’ appoġġ għal avvenimenti fuq skala kbira ta’ Festivals Malta.

L-iskema, li toffri sa €2 miljun f’għajnuna lill-organizzaturi ta’ avvenimenti b’headliners internazzjonali, tkopri avvenimenti li se jsiru f’Malta bejn l-2026 u l-2027.

Ritratt: Facebook/ Mariah Carey

Sir Paul McCartney, li għandu 84 sena, għadu jkompli jtella’ wirjiet quddiem eluf ta’ partitarji madwar id-dinja, filwaqt li Bruno Mars jibqa’ wieħed mill-aktar artisti popolari tal-aħħar snin b’numru ta’ suċċessi internazzjonali.

Mariah Carey tibqa’ magħrufa l-aktar għall-kanzunetta klassika tal-Milied All I Want for Christmas Is You, filwaqt li Benson Boone huwa wieħed mill-aktar talenti ġodda li qed jikseb popolarità fuq livell internazzjonali.

Ritratti:

Facebook/ Bruno Mars

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI