Xeni Xokkanti Fix-Xgħajra: Sewqan Li Seta’ Jispiċċa Fi Traġedja Minħabba Li Saq Bl-Addoċċ

Filmati ta’ sewqan perikoluż kapaċi jħallu lil wieħed bla kliem, speċjalment meta dak li jidher fit-triq jista’ faċilment iwassal għal konsegwenzi ferm agħar.

F’filmat li qasam fuq il-paġna tiegħu Gerald Fenech, jidher sewwieq fiż-żona tar-roundabout tax-Xgħajra jsuq b’mod estremament perikoluż. Il-filmat juri lill-karozza ddur mar-roundabout b’mod aggressiv, filwaqt li s-sewwieq jidher jagħfas sew fuq il-gass.

F’mument partikolari, il-karozza tispiċċa tolqot xi struttura tal-ħadid qrib it-tarf tal-bankina, b’ħoss qawwi li jinstema’ ċar fil-filmat. Minkejja dan, il-karozza tkompli miexja u s-sewwieq jibqa’ jagħfas fuq il-gass, bil-vettura tidher tkompli tissarraf fit-triq.

Ix-xeni qed iqajmu tħassib dwar kemm sewqan ta’ dan it-tip jista’ jkun ta’ periklu mhux biss għas-sewwieq innifsu, iżda wkoll għal persuni oħra li jkunu fit-triq.

Għalhekk, importanti ferm biex ma nkunux aħna stess li nikkawżaw aċċidenti minħabba sewqan bl-addoċċ, u speċjalment jekk tixrob, issuqx!

Ritratti:

Facebook/ Gerald Fenech Covid 19 news update

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI