“Xi Ħadd Daħal Fit-Terazzin Ta’ Ommi U Serqilha Żewġ Klieb Chihuahuas” – Appell Biex Jinstabu Rocco U Ranger

Yasmine Azzopardi, tfajla Maltija, kitbet fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook bejn appellat biex jinstabu żewġ chihuahuas li nsterqu mid-dar ta’ ommha.

Hi spjegat, “Ilbieraħ, 31 ta’ Mejju 2-25, waranofsinhar, xi ħadd daħal fit-terazzin ta’ ommi u serqilha żewġ klieb chihuahuas. Kien hemm kamera imma ġiet mgħottija bil-masking tape u għalhekk ma deher xejn. Il-grada miksura u għalhekk jidher biċ-ċar li kien hemm dħul bil-forza. Il-pulizija ġew ikkuntattjati u għamilna rapport. Tajniehom ukoll in-numru taċ-ċippa imma ma nstabet l-ebda informazzjoni dwar fejn jistgħu jkunu.”

Qalet ukoll, “Il-klieb jirrispondu għall-ismijiet ta’ Rocco (iżjed b’pil qasir) u Ranger (iswed u abjad/kannella b’pil twil) u nsterqu mill-inħawi tal-Mellieħa. Jekk xi ħadd rahom jew għandu xi informazzjoni ikkuntattjawni. Nixtiequ nġibuhom lura d-dar. Nagħtukom ukoll premju.”





Facebook / Yasmine Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI