Illum qed jiċċelebra għeluq sninu Etienne St John li ħafna jafuh fis-sensiela Ipokriti fost oħrajn li għamel fuq it-televiżjoni. L-attur xeħet ritratt ilbieraħ fuq il-midja soċjali tiegħu fejn qal li għalkemm għal ħafna it-13 tax-xahar meta jaqa' l-ġimgħa jkun ta' sfortuna għalih żgur li ma kienx il-każ.
Imma għaliex qal hekk? Qal hekk għax Etienne proprju twielet il-ĠImgħa 13 tax-xahar. Ma nagħtuhx tort jekk hu jiċċelebra meta twelid f'dan il-jum. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nixtiequ minn qalbna nawguraw lil Etienne l-isbaħ xewqat.
Nittamaw li jkollu ċ-ċans igawdi dan il-jum mal-għeżież tiegħu.
Facebook / Etienne St John