Fuq il-paġna After Life Service – Emanuel Zammit ta’ Disma, tħabbret l-aħħar tislima ta’ Marisa Spiteri.
Kitbu, “Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Mejju, se nagħtu l-aħħar tislima lil waħda għażiża u maħbuba ta’ Marisa Spiteri, fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Santa Katarina V.M., iż-Żejtun, fl-4:00pm. Mulej, agħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem.”
Qalu wkoll, “Fuq talba u xewqa tal-familja, jintlibes ilbies mhux iswed u jintlibsu flokkijiet bix-xbieha ta’ Santa Katarina. Minflok fjuri, jintbagħtu għotjiet ta’ karità.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti joffru l-kondoljanzi, fosthom kumment partikolari li jgħid, “Maħbuba wisq u bir-raġun. Xempju ta’ mara, ħabiba u omm ideali b’kuraġġ li qatt ma rajna bħalu qabel. Żomm ħarstek fuq il-familja tiegħek u t-teżori li sfortunatament ma kellhomx iċ-ċans igawdu l-ġmiel ta’ mara li kont.”
Tistireħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tagħha tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
After Life Service – Emanuel Zammit Ta’ Disma