Zayden – Storja Vera Tieħu L-Ħajja Fi Produzzjoni Lokali

Jekk taħseb li ħa tkun qed isegwi storja tad-dwejjaq, mela sejjer żbaljat. Għalkemm ibbażata fuq storja vera, il-karattru prinċipali Zayden hu persuna ċajtiera. Fil-fatt hemm numru ta’ xeni komiċi f’din il-produzzjoni però l-attur fil-parti prinċipali, Jacob Piccinino kapaċi jqanqal ukoll emozzjonijiet kbar.

Emozzjonijiet li ħa jikkuntrastaw ma' xulxin u toħroġ il-kapaċità brillanti ta’ dan l-attur żagħżugħ. Kapaċità straordinarja li kull min ħa jkun qed iżur din il-produzzjoni ħa jammira dal-fatt. Meta tkun qed tara xi ħaġa reali wieħed ikun jista' jirrilata aktar mas-sitwazzjoni li qed jinterpreta, u min ikun qed isegwi faċilment iħoss l-emozzjonijiet li jqanqlu dieqa u forsi xi demgħa, kif ukoll dawk li jqanqlu tbissima.

Dan kollu hu possibli grazzi għal ħila ta’ Tyrone Grima, il-kittieb u d-direttur ta’ din il-produzzjoni. Tyrone għandu għarfien dirett dwar numru ta’ sitwazzjonijiet soċjali, hu jaħdem f’żewġt id-djar immexxija mis-Salesjani ta’ Don Bosco. L-għan ta’ dawn id-djar hu li jilqgħu ġuvintur żgħażagħ li m’għandhomx saqaf fuq rashom. L-imħabba lejn it-teatru u x-xogħol tiegħu wassluh biex iżewwaq it-tnejn flimkien u jaħdem fuq dan il-proġett.

Il-produzzjoi Zayden tesplora s-suġġett tal-faqar f’Malta u Tyrone kiteb din fuq storja vera, storja li żagħżugħ residenti f’waħda mid-djar fejn jaħdem Tyrone qasam miegħu. Tyrone jammira l-kuraġġ ta’ dan iż-żagħżugħ li kien lest jaqsam l-istorja tiegħu, storja li sfortunatament hemm bosta oħra bħala ġewwa pajjiżna.

Zayden ħa titella’ bejn l-25 u t-28 ta’ Lulju fl-Isplendid, Strada Stretta l-Belt. Dan il-post intgħażel apposta biex joħloq l-atmosfera meħtieġa. Il-biljetti jinkisbu minn showshappening.com u iktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-paġna ta’ Facebook billi tikklikja hawn.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI