Dan l-aħħar il-grupp lokali Airport Impressions irritorna għax-xena lokali bil-kanzunetta Faith u kellu wkoll numru ta’ wirjiet fosthom fil-Ġnien L-Istazzjon ġewwa Birkirkara u anke ġewwa Ħaż-Żabbar bħala parti minn dak magħruf bħala Street Festival.
Ritratt: Facebook / Nicole Falzon
Milena Bianco u Nicole Falzon, żewġ membri mill-grupp 4th Line li rajna fil-fażi finali tal-programm X Factor ingħaqdu mal-grupp bħala backing vocalists. Iż-żewġ żagħżagħ żgur qed jiddevertu flimkien u jkomplu jitgħallmu aktar f’dan il-qasam.
Il-grupp Airport Impressions issa ilu mwaqqaf għal diversi snin u esperjenza bħal din hi opportunità tad-deheb għalihom it-tnejn.
Facebook / Airport Impressions