Il-pandemija tkompli għaddejja u jidher li llum ħa naraw żieda fil-każijiet. It-tabib Frank Portelli qal li sas-7:30 il-każijiet kienu ġa qabżu l-130 każ. Din żgur mhux aħbar li wieħed jixtieq jisma’.
Mill-banda l-oħra, il-paġna ta’ Gerald Fenech irrapportat li hemm madwar 154 każ li nstabu pożittivi li minnhom dejjem jista’ jkun hemm dawk li jkunu għamlu t-test biex jaraw għadx għandhom il-virus fis-sistema tagħhom.
Sfortunatment id-dipartiment ilbieraħ filgħaxija ħabbar li żewġ anzjani oħra mietu u wara l-mewt tagħhom instabu li kienu pożittivi għall-Covid-19. L-ewwel każ kien ta’ anzjan ta’ 82 sena li miet fir-residenza privata tiegħu fit-8 ta’ Novembru u t-tieni każ kien ta’ anzjan ta’ 78 sena li miet fl-Isptar Mater Dei fl-10 ta’ Novembru.