Maltin Ser Jikkompetu Fil-Finali Ta’ Tour Music Fest Illejla

Tour Music Fest

Bassist Malti u kantanta Maltija se jieħdu sehem illum waqt Tour Music Fest f'San Marino, fejn se jkun hemm il-bassisti jikkompetu kontra xulxin u l-kantanti jikkompetu kontra xulxin.

Din il-kisba hija pass importanti ħafna fil-vjaġġ mużikali tagħhom, u bla dubju jinsabu eċitati li se jkollhom l-opportunità li jirrappreżentaw lil Malta fuq livell internazzjonali. Huma fost numru żgħir ta' kantanti lokali li qatt waslu fil-finali ta' Tour Music Fest.

Il-mużiċist lokali Jake Azzopardi jgħidilna, "Għandi sittax-il sena, ilni ndoqq il-bass għal tmien snin u l-pjanu għal dawn l-aħħar tnax-il sena. Bħalissa ndoqq mal-band @reload.mt, trio ta' rock u blues, kif ukoll ninvolvi ruħi bħala mużiċist mistieden ma' diversi bands oħra. Bi pjaċir inħabbar li rnexxieli nikkwalifika għall-Grand Finals tat-Tour Music Fest (TMF), fejn sirt l-uniku bassist minn barra l-Italja, fl-Ewropa, li rnexxielu jasal għal din il-fażi kemm fil-kategorija Junior kif ukoll f'dik Tal-Adulti.:

Jake ser ikun qed idoqq il-kanzunetta Come On, Come Over ta' Jaco Pastorius, wieħed mill-aktar bassisti influwenti fl-istorja tal-mużika.

Nawgurawlhom mill-qalb!

Ritratt:

Facebook/ Tour Music Fest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI