Kull mewta relatata mal-Covid-19 hi tassew weġgħa għalina l-Maltin u issa ilu ma jkollna jum bla mwiet għal dan il-virus li ħakem lid-dinja.
Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija qal li jinsab infurmat li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Fl-ewwel każ anzjan ta’ 64 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Filwaqt li t-tieni każ kien ta' anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-25 ta’ Novembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella sabiex dak li jkun jimxi mal-miżuri tas-saħħa pubblika sabiex nieħdu ħsieb lil dawk l-aktar vulnerabbli.
Bi ftit sforz inkomplu nieħdu ħsieb xulxin!