Oliver Scicluna qasam fuq il-profil tiegħu staff card tiegħu li sab, li tmur lura 20 sena meta kien jaħdem f’bank lokali. Minn din il-card, b’ritratt tiegħu mill-passat, jaħseb fiż-żmien meta l-ħajja kienet kemxejn differenti.
“Ġiet f’idi staff card tax-xogħol meta kont għadni nibda naħdem f’bank lokali il-fuq min 20 sena ilu. Oliver differenti, kemxejn moħħu iżjed frisk, dak iż-żmien moħħu f’ħafna affarijiet fost l-oħrajn il-breakdance, ħruġ u ġiri ‘l hemm u ‘l hawn.”
Oliver ikompli, “Żmien li kont insib min jemmen fijja mma b’ċertu limiti. Żgur ma’ kienx jgħaddili min moħħi li inħares 20 sena ‘l quddiem u nkun għamilt l-affarijiet kollha li għamilt. Żgur neħlef li ma kontx nemmen.”
Jemmen li dak iż-żmien kien xorta waħda reżiljenti u kellu lil Angela diġà. Fil-fatt avolja kienet ħajja differenti, forsi aktar sempliċi, japprezzaha xorta waħda.