"Żgur Ser Ikollhom Bżonn Jikkonvinċuni Ċertu Atti" – Tgħid Howard Ħa Jagħfas Il-Buzzer L-Aħmar Fis-Semi-Finali?

Howard dalgħodu ħalla post fuq il-mezzi soċjali tiegħu sabiex, “Irrid nifraħ lis-semi-finalisti kollha fuq Malta’s Got Talent u wkoll lil dawk li ma għaddewx. Dan l-ispettaklu huwa differenti ħafna minn X Factor Malta fejn wieħed mill-ġurija jiddeċiedi l-kontestanti tiegħu / tagħha li ħa jieħu fl-ispettakli live.”

Howard ikompli jgħid, “Fuq Malta’s Got Talent il-ġurija kellhom bżonn jilħqu kompromess fid-deliberazzjoni. Issa jmiss lil dawk l-atti li jikkonvinċuna fil-live shows. Żgur ser ikollhom bżonn jikkonvinċuni ċertu atti!”

Tgħid ħa naraw lil Howard jagħfas il-buzzer waqt is-semi-finali jew inkella l-artisti li s’issa ma kkonvinċewhx ħa jirnexxielhom jirbħu l-fiduċja ta’ Howard? Nistennew u naraw x’ħa jiġri minn nhar il-Ħadd!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI