Żiemel Jiżloq Fit-Triq U Jaħbat Ġot-Tiben Waqt Tiġrija Tradizzjonali Li Saret Ilbieraħ Fir-Rabat, Għawdex

Filmat ta' żiemel jiżloq fit-triq waqt tiġrija tradizzjonali li seħħet ilbieraħ fi Triq ir-Repubblika ġewwa r-Rabat, Għawdex, qed iqanqal diskussjoni fuq il-midja soċjali.

Il-filmat, li ttella' mis-sit Lovin Malta, juri liż-żiemel qed jipprova jnaqqas il-pass hekk kif jidher li t-tiġrija kienet waslet qrib tmiemha. Madankollu, aċċidentalment, iż-żiemel żelaq u konsegwentament ħabat ġo balla tat-tiben.

Dawn it-tiġrijiet huma meqjusa minn ħafna bħala kontroversjali minħabba l-fatt li jsiru fuq toroq magħmula mill-asfalt, li ħafna jsostnu mhumiex addattati għal tlielaq ta' din ix-xorta.

Ritratti:

Instagram / Lovin Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI