Il-Kantant Lokali Kevin Borg Iniedi Kanzunetta Ġdida Bl-Isem Ta’ ‘Ommi’

Il-kantant lokali, Kevin Borg, qed jerġa’ jmiss il-qlub ta’ dawk li jsegwuh permezz ta’ kanzunetta ġdida bl-isem ta' ‘OMMI’. Din id-darba, il-kantant qed iwassal messaġġ mimli emozzjoni u mħabba, b’dedikazzjoni li żgur se tolqot lil ħafna.

Permezz tal-midja soċjali, Kevin ħabbar il-ħruġ tal-filmat mużikali uffiċjali ta’ din is-silta l-ġdida, li hija ddedikata lil ommu u, fl-istess waqt, lill-ommijiet kollha li, sfortunatament, m’għadhomx magħna.

Huwa messaġġ li jġorr miegħu ħafna sentimenti, għaliex it-telfa ta’ omm tħalli vojt li mhux faċli jimtela. Minkejja li l-għeżież tagħna jistgħu ma jibqgħux fiżikament magħna, l-imħabba, il-memorji u t-tagħlim tagħhom jibqgħu jgħixu fina.

Kevin esprima t-tama tiegħu li din il-kanzunetta tintlaqa’ tajjeb minn dawk kollha li jisimgħuha għax għalih 'OMMI’ mhijiex biss kanzunetta ġdida, iżda wkoll ġest sabiħ ta’ tifkira u mħabba lejn dawk l-ommijiet li, għalkemm telqu minn din id-dinja, jibqgħu għal dejjem parti minn qalb uliedhom.

It-Tim ta' Gwida.mt jifraħlu mill-qalb u jistieden lin-nies biex tisma' din il-kanzunetta u tappoġġja lil dan il-kantant lokali!

Ritratt:

Facebook/Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI