100 Jum Mindu Sar President: George Vella

Illum jiddimarka 100 ġurnata mindu l-E.T. George Vella ġie inawgurat bħala l-10 President tar-Repubblika ta’ Malta.

F’filmat imtella’ mill-istazzjon uffiċjali tal-President Malti fuq YouTube, huwa jfakkar dan il-mument fil-presidenza tiegħu, fejn ukoll isemmi d-diversi avvenimenti u ġrajjiet li seħħew matul dawn l-aħħar mitt jum. Fost dawn isemmi l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll dik tal-Membri Parlamentari għall-Ewropa.

George

Instagram / @presidentmt

Barra minn hekk, huwa jsemmi kif iltaqa’ ma bosta individwi u organizzazjzonijiet li japprezza, inklużi l-forzi armati u xi għaqdiet mhux governattivi. Jaqsam magħna kif jinstab impressjonat mhux biss bil-motivazzjoni u d-dedikazzjoni taż-żgħażagħ Maltin fil-qasam tal-volontarjat, iżda wkoll faħħar entitajiet bħall-Caritas u l-fondazzjoni OASI għall-ħidma li qiegħda ssir fi ħdanhom għal dawk in-nies fil-bżonn.

“Ħadd m’għandu jiġi ttimbrat, la min huwa dipendenti fuq id-droga, u lanqas min ibati minn problemi ta’ saħħa mentali. Kull bniedem għandu d-dinjità tiegħu, u jrid jingħatalu kull rispett u għajnuna.”

Ilbieraħ, l-Eċċellenza Tiegħu kien presenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa nazzjonali Franċiża, fejn matul riċeviment li sar bil-għan li jfakkar din il-festa, tħaddet flimkien mal-Ambaxxatriċi ta’ Franza f’Malta, Brigitte Curmi, dwar ir-relazzjoni attwali bejn iż-żewġ pajjiżi.

YouTube / President of Malta George Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI