Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook Gwen’s Cooking Club, Gwen taqsam magħna l-passjoni tagħha tat-tisjir li flimkien ma’ persuna oħra mill-kċina tad-dar irnexxielha tagħmel 1002 figolla.
Dawn il-figolli ġew maħduma b’ħila u passjoni minn żewġ persuni biss – kollox mill-kċina tad-dar! Dan il-proċess kollu sar b’għan wieħed: li jinġabru fondi għal Puttinu Cares . Gwen tirringrazzja lil ġenituri tagħha li dejjem ikun warajha sabiex twettaq il-proġetti li jkollha f’moħħha.
“Determinazzjoni... dedikazzjoni u imħabba! 1002 figollabejn żewġ persuni mill-kċina tad-dar! Proċess li sar mill-bidu sal-aħħargħall-għan wieħed...biex niġbru somma għal Puttinu! Kull figolla kienet għal prezz ta' €6.. Is-somma totali li inġabret kienet ta €6782!Ippermettuli nagħmel ftit ringrazzjamenti;Grazzi kbira lill-ġenituri li dejjem kienu hemm biex jissapportjaw dan il-proġett. Il kull min xtara il-figolli tiegħi, li b’permezz tagħhom wasalna għal din is-somma sabiħa!Il-isponsors kolla li provdew is-sosten tagħhom f'dan il-proġett!Grazzi mill-qalb lil kullħadd! “
Prosit kbira lil Gwen li tiddedika l-ħin liberu tagħha biex tagħmel tant ġid fil-komunita'.
Ritratti: Gwen's Cooking Club / Facebook Page