102 Każi Ġodda Tal-Covid-19 Waqt Li Jfiqu 83 Persuna

Malta rreġistrat 102 każi ġodda tal-Covid-19, skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, wara li saru 2,768 test fl-aħħar 24 siegħa.

Il-post innota wkoll li “Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ: 22 każ kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa qabel, 7 kienu kuntatti ta’ kollegi tax-xogħol pożittiv, 2 każijiet kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi oħra, 3 każijiet kienu minn laqgħat soċjali ma’ każijiet pożittivi oħra u 9 każijiet ġew importati.”

Il-gżejjer irreġistraw 83 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ nies li rkupraw tela’ għal 7,748 u n-numru ta’ każijiet attivi tela’ għal 2,086. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 9,975 każ u wettqet 430,782 test.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI