“3 Snin Ilu Ommi Rtirat U Bdiet Titgħallem L-Arti… Illum Ġiet Magħżula Għal Esebizzjoni” – Il-Muxu

Qatt mhu tard wisq sabiex wieħed jesplora passjonijiet ġodda u jikseb suċċess fihom. Hu dan il-messaġġ ewlieni tal-istorja li għadu kif qasam ftit sigħat ilu fuq il-midja soċjali l-kittieb tal-mużika lokali l-Muxu fejn kien qiegħed jitkellem proprju dwar l-għażiża ommu Sandra.

Il-Muxu jispjega kif meta ommu rtirat madwar tlett snin ilu, hi ħadet id-deċiżjoni li tibda tattendi għal-lezzjonijiet tal-arti għaliex xtaqet li fis-snin tal-irtirar tagħha tiskopri passjonijiet ġodda.

Sandra, omm il-Muxu, tistqarr li għaliha ma kienx faċli li tagħmel l-ewwel pass u tibda tattendi dawn il-lezzjonijiet, iżda b’sens qawwi ta’ kuraġġ u determinazzjoni rnexxielha tibda t-traġitt tagħha fid-dinja tal-arti u tal-pittura.

Tlett snin wara, Sandra ġiet magħżula mill-għalliema tagħha sabiex l-arti tagħha tkun parti minn esebizzjoni tal-arta li se tkun qiegħda sseħħ.

Il-Muxu rrimarka kemm hu kburi b’ommu u fakkar kif din hija prova ċara ta’ kif qatt mhu tard wisq sabiex wieħed iwettaq il-ħolm tiegħu.



Prosit, Sandra!





Ritratti:

Facebook / Muxu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI