“F’Kull Lokalità Għandna Kunsill Għat-Tfal… Li Jgħidu Huma Jgħaddi Dirett Għand Is-Sindku” – Laura Mercieca

Kull tifel u tifla jistħoqqilhom li jingħataw vuċi li tinstema’ u tiġi kkonsidrata fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Proprju hekk qed iseħħ permezz ta’ inizjattiva fejn f’kull lokalità f’pajjiżna qed jitnieda Kunsill għat-Tfal; kunsill li jlaqqa’ darba fix-xahar lit-tfal tal-lokalità u jistaqsi lilhom x’jixtiequ.

Mal-preżentatriċi Maria La Barokka waqt il-programm Ras Imb Ras tkellmet il-koordinatriċi ta’ dawn il-kunsilli, Laura Mercieca. Hi tispjega kif matul dawn il-laqgħat jiġu diskussi bosta temi interessanti fosthom is-saħħa mentali kif ukoll l-ispazji miftuħa f’pajjiżna.

Laura tispjega kif sabiex jiġi żgurat li leħen it-tfal ikun mismugħ, fejn hu possibbli, huma jaraw li dak li jingħad mit-tfal f’dawn il-laqgħat jgħaddi direttament għand is-sindku ta’ dik il-lokalità rispettiva.

Tirrakkonta kif ftit xhur ilu t-tfal Żebbuġin, f’waħda minn dawn il-laqgħat, esprimew ix-xewqa li bħan-nanniet tagħhom ikunu jistgħu jilagħbu logħob tradizzjonali fit-triq. Ħidma konġnuta mal-Kunsill Lokali Żebbuġi wasslet sabiex issa, darba fix-xahar, it-tfal qed jagħżlu triq partikolari, u wara jseħħu l-preparamenti meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jilagħbu b’mod sigur fit-triq. Laura tispjega kif bis-saħħa t’hekk qed jingħataw prominenza mill-ġdid logħob antiki bħal fosthom il-passju.



Prosit tassew ta’ din l-inizjattiva!





Ritratti:

Facebook / Maria La Barokka Muscat u Facebook / The Malta Foundation for the Wellbeing of Society

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI