“Fenek Ieħor Mejjet!” – Attivista Ssib Fenek Bla Ħajja Wara Li Tħalla Jfendi Għal Rasu Fis-Sħana

L-attivista Chiara Vassallo wissiet dwar żieda fl-għadd ta’ fniek li qed jinstabu mingħajr ħajja frott in-negliġenza tas-sidien tagħhom.

Hi tispjega kif ftit sigħat ilu stess rċeviet telefonata fejn ġiet infurmata li fenek tħalla għal rieħu jiġri fil-qilla tas-sħana, fl-inħawi tal-Marsa. Chiara tispjega kif minkejja li għamlet l-almu tagħha sabiex issalva lil dan il-fenek, madankollu, sfortunatament kien tard wisq.

“Meta ħa nitgħallmu?” staqsiet l-attivista ddiżappuntata fejn ħeġġet għal azzjoni immedjata sabiex ma jmutux iżjed fniek minħabba l-krudeltà u l-irresponsabbiltà ta’ ħaddieħor.







Ritratti:

Facebook / Chiara Vassallo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI