"13-Il Sena Ilu Għadna Iva Lil Xulxin… Int Id-Dawl Tiegħi F'Jiem Diffiċli U L-Ferħ Ta' Kuljum" – Daniel Chircop

Ilbieraħ iċċelebraw l-anniversarju tagħhom l-attur komiku Daniel Chircop u martu Fiorella. Dan hekk kif għalqu 13-il sena miżżewġin.

“13-il sena ilu għadna iva għal kollox, għas-sabiħ, għall-ikrah, għall-faċli, għad-diffiċli, għall-ferħ, għat-tbatija, għal kollox,” fakkar l-attur fejn saħaq li ma jimmaġinahx jgħix ġurnata waħda mingħajr martu Fiorella.

“Int id-dawl tiegħi f’jiem diffiċli u l-ferħ ta’ kuljum,” temm jikteb Daniel li huwa magħruf fix-xena lokali tal-ispettaklu għas-sehem tiegħu fid-duo magħruf bħala DANUSAN.





Awguri lill-attur Daniel Chircop u martu Fiorella!

Ritratti: Facebook / Daniel Chircop



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI