14-il Sena Ilu Xxandar L-Ewwel Episodju Ta' Klassi Għalina – Mumenti Ta' Daħk U Umoriżmu!

Bħal bieraħ14-il sena ilu xxandar l-ewwel episodju tas-serje ikonika “Klassi Għalina”, waħda mill-iktar produzzjonijiet maħbuba mill-Maltin. Is-sitcom, li deher għall-ewwel darba fl-2011, ġab flimkien grupp ta’ karattri umoristiċi f’ambjent ta’ klassi. Il-personaggi bħall-Professur Xrieħa, Terrence, Ġino u Meggie saru parti mill-kultura popolari Maltija u għadhom jitfakru b’ħerqa sal-lum.

Matul is-snin, “Klassi Għalina” żviluppat f’fenomenu kulturali: mhux biss bħala serje umoristika, imma bħala ritratt soċjali tal-ħajja ta’ kuljum bil-messaġġi tagħha dwar il-ħbiberija, il-ħajja, u t-tagħlim. Il-film “Klassi Għalina & The History of the World” fl-2018 kompla jsaħħaħ il-popolarita tal-karattri, u ftit ilu ġie kkonfermat ukoll li film ġdid “Mission Possible” bl-istess karattri li ħafna jħobbu.

Wara 14-il sena, Klassi Għalina sar simbolu ta’ daħk, nostalġija u mħabba lejn dak li hu Malti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI