147 Sottomissjoni! – Konkorenza Kbira Għall-Mużika Mużika!

Il-Festival tal-kanzunetta Maltija ser jirritorna bil-kbir! Illum tħabbru li kien hemm konkorrenza kbira għal dan il-festival tant prestiġjuż. B’kollox kien hemm 147 sottomissjoni għal dan il-festival.

“Huwa ta’ pjaċir ninnota li Mużika Mużika ser iservi ta’ pjattaforma importanti għall-mużika Maltija”, tenna l-Ministru Herrera filwaqt li jawgura l-kompożituri, l-awturi u l-artisti kollha li ssotomettew il-kanzunetti tagħhom.

Is-Sur Bugeja li hu ċ-Chairman ta’ Mużika Mużika qal li, “Il-volum ta’ sottomissjonijiet f’dawn it-tlett ijiem juri l-fiduċja u l-entużjażmu tal-artisti tagħna,”.

Issa xi jmiss? It-tim ta’ Festivals Malta ser jevalwa l-kanzunetti kollha minn ġurija esperta, wara jiġu magħżula l-aħjar 35 kanzunetta. Għal aktar informazzjoni fuq Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija irrikori fuq: www.muzikamuzika.org.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI