Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Malta rreġistrat 152 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li saru 32,960 test fl-aħħar 24 siegħa.
Il-gżejjer irreġistraw 103 każijiet ta’ rkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 7,165 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,115. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 9,405 każ u wettqet 415,971 test.
Nibqgħu nieħdu ħsieb!