Il-fenomenu sabiħ tal-qawsalla żejjen is-sema fuq ir-runway, u ħoloq xenarju mill-isbaħ fuq ir-runways u l-ajruplan ta' Malta.
Il-kuluri tal-qawsalla, imħallta mad-dawl ta’ nżul ix-xemx, taw dehra spettakolari taħt arkata kkulurita li għamlet dan il-mument wieħed tassew uniku.
Ir-ritratti, ppubblikati mill-paġna tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u meħuda minn Michelle Lynn, juru kif anki xeni ta’ kuljum fl-ajruport jistgħu jinbidlu f’veduti li jisirqu l-attenzjoni.
Dan ir-ritratt ifakkarna li s-sbuħija tista’ tissorprendina fl-aktar mumenti sempliċi!