“Emmnuni… Din Imħabba Vera… Nimmissjahom Wisq” – Bint L-Attur Mibki Charles Thake, Maryanne

Maryanne dwar il-ġenituri Thake

Maryanne Thake, li tiġi bint l-attur mibki Charles Thake, fakkret il-memorja tiegħu u tal-għażiża ommha.

Qasmet ritratt tagħhom it-tnejn u kitbet, "Emmnuni... Din imħabba vera... Nimmissjahom wisq." Bosta kkummentaw u sellmu l-memorja tagħhom. Kienu tassew maħbubin, speċjalment minn diversi telespettaturi li tant segwew lil Charles.

Charles kien ta sehmu f'bosta produzzjonijiet lokali li baqgħu jissemmew fosthom Wenzu u Rożi, Ta' Ħorrox Borrox, Anġli, Villa Sunset, it-tieni sensiela ta' Dejjem Tiegħek Becky u ħafna oħrajn.

Strieħu fis-sliem għeżież. Ibqgħu ħarsu lill-familja kollha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI