Abigail Vick sellmet l-għeluq snin ta' żewġha b'messaġġ mill-aktar ħelu fuq il-midja soċjali, fejn esprimiet kemm tħossha xxurtjata li għandha miegħu.
F'post li qasmet mas-segwaċi tagħha, Abigail iddeskriviet lil żewġha bħala "żewġi u l-aqwa ħabib tiegħi", filwaqt li qalet li ma ssibx kliem biżżejjed biex tispjega kemm tħossha xxurtjata li hu parti minn ħajjitha.
Hi qalet li ma kienx hemm kliem biżżejjed biex tiddeskrivi kemm tħossha xxurtjata li għandu post f'ħajjitha. Hija temmet il-messaġġ billi stqarret li tħobbu dejjem, u ffirmatu b'"martek". Il-messaġġ kien akkumpanjat minn filmat tal-koppja flimkien.
Nawguraw l-isbaħ xewqat ta' għeluq snin lil żewġha flimkien ma' aktar snin ta' saħħa, mħabba u ferħ flimkien.
Instagram / Abigail Vick