L-attur Malti Emanuel Cassar illum jiċċelebra għeluq sninu..
Attur li rajnieh f'tant produzzjonijiet lokali kemm dawk umoristiċi kif ukoll oħrajn aktar serji. Ftit ilu kien anke parti mill-kast flimkien ma' Mario Spiteri, tal-programm Boomers, fuq TOKIS, preżentat minn Marilena Gauci.
Oops kien wieħed mill-programmi li baqa' msemmi għalih Emanuel Cassar. Fuq YouTube sibna s-sigla li kienet tindaqq fil-bidu tal-programm.
Kien ukoll il-ġardinar f'Villa Sunset, is-Sur Skrivan f' Ħal Bla Ras u anke ħa sehem f' Vittmi fost l-oħrajn. Riċentament Emanuel ħa sehem anke fis-sensiela Dell Minsi fuq TOKIS.
Awguri mill-qalb Emanuel!
Facebook/ Emanuel Cassar