Il-Kastell storiku ta’ Celano, fl-Italja, nxtegħel bil-kuluri tal-bandiera Maltija bħala ġest sabiħ ta’ rispett u ħbiberija lejn l-Għaqda Mużikali Beland u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun, hekk kif kontinġent Żejtuni jinsab bħalissa fl-Italja jirrappreżenta bi kburija lill-belt taż-Żejtun u lil Malta.

Ilbieraħ, l-Għaqda Mużikali Beland tat żewġ servizzi mużikali waqt il-festa tradizzjonali tat-Tre Santi f’Celano, fost atmosfera mill-isbaħ u apprezzament kbir mill-komunità lokali.
Iż-żjara tkompli llum f’Assisi, fejn il-Banda Beland se tagħti servizz mużikali quddiem il-Bażilika ta’ San Franġisk, f’sena partikolarment sinifikanti li tfakkar it-800 anniversarju mill-mewt tal-qaddis.
Mument ieħor speċjali għall-kontinġent Żejtuni, li permezz tal-mużika, il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna qed ikompli jġorr isem iż-Żejtun u ta’ Malta lil hinn minn xtutna.
