Għal darb’oħra kien hemm persuna li għażlet li minflok tirċievi r-rigali għaliha nnifisha f’għeluq sninha, issir ġabra għal Puttinu Cares. F’messaġġ ta’ ringrazzjament Puttinu wera l-apprezzament lejn Anton Vella, li għalaq 70 sena, u ġabar donazzjoni sabiħa għalihom.
“Anton Vella iccelebra 70 Sena! Minflok rigali, Anton għażel li jagħmel ġabra għal Puttinu Cares. Grazzi għal qalb kbira u l-ġenerożità ta’ dawk kollha li taw, nġabru €2,160 għall-Puttinu. Anton u awguri mill-qalb!,” jikteb it-tim ta’ Puttinu Cares.
Prosit u Awguri mill-qalb Anton!
Facebook/ Puttinu Cares