2021: Il-Vaċċin Mhux Se Tkun “Għall-Popolazzjoni Kollha F'Daqqa, Iżda Fuq Perjodu Ta’ Xhur” – Id-DPM Chris Fearne

F’intervista mas-Sunday Times of Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne tkellem dwar il-vaċċin tal-Covid-19, li skontu għandha tasal fl-ewwel xhur tal-2021.

Hu ġie mistoqsi jekk jinsabx kunfidenti dwar il-wasla tal-vaċċin f’tant qasir żmien. Onor. Chris Fearne qal li “l-vaċċini huma diġà disponibbli – jeżistu. Issa qed jindirizzaw l-effikaċja u s-sigurtà. Jekk kollox imur sew, qed nistennew li jkollna l-vaċċin fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.”

Hu kompla billi qal li l-vaċċin mhux se tkun “għall-popolazzjoni kollha f’daqqa, iżda fuq perjodu ta’ xhur. Ovvjament, il-frontliners u l-vulnerabbli se jiksbuha l-ewwel, [imma] għandna biżżejjed vaċċini biex tkopri l-popolazzjoni kollha.”

Iżda l-vaċċin se tkun obbligatorja jew le? Onor. Chris Fearne qal li “Huwa f’idejn kulħadd li jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess. Mhux se tkun obbligatorja. Ikun f’idejn kull individwu li jiddeċiedi x’għandu jsir.”

Malta Today







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI