L-istazzjon tar-radju ONE Radio, illum jiċċelebra it-28 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu.
Imwaqqaf fl-1991, ONE Radio illum għandu 'l fuq minn 100 kontributur b'67 programm differenti u 24 siegħa ta' xandir kuljum.
Ritratt imtella’ minn Clint Bajada, li bħalissa qiegħed imexxi ONE Radio, juri t-tim ta’ dan l-istazzjon snin ilu, f’xandira waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-anniversarju waqt il-festa ta' San Gejtanu fil-Ħamrun.
Fir-ritratt hemm diversi uċuh li llum huma familjari, fostom Clint innifsu u l-preżentatur u Sindku Wayne Aquilina.
Fi ftit ġimgħat oħra, ser titnieda l-iskeda tal-Ħarifa, u kollox jindika li DJ popolari ferm ser jingħaqad ma’ ONE Radio.
Tgħid min jista’ jkun?
Facebook / @clintbajada